Formula 1 Sport

Hamilton se jtellaq għal Mercedes għal talanqas żewġ staġuni oħra

Iċ-Champion tad-Dinja tal-Formula 1, Lewis Hamilton, se jkun qed itellaq għat-tim ta’ Mercedes għal talanqas żewġ staġuni oħra.

Hamilton, li għandu 33 sena, iffirma kuntratt mal-manifattur tal-karozzi Ġermaniż li jikkonkludi fl-aħħar tal-2020. L-indikazzjonjiet huma li s-sewwieq Ingliż se jkun qed jaqla bejn 30 u 40 miljun ewro fis-sena, bis-salarju tiegħu kapaċi anki jaqbeż dan il-limitu skont ftehim dwar il-bonuses għar-rebħ.

Hamilton qal li dan il-kuntratt ġdid kien sempliċi ‘formalità’ meta hu kien ilu mix-xitwa għaddej bin-negozjati mal-Kap ta’ Mercedes F1, Toto Wolff.

L-ewwel titlu dinji tal-Formula 1 li rebaħ Hamilton kien bħala sewwieq mat-tim ta’ McLaren, fl-2008.