Sport

FUTBOL LOKALI: Dettalji dwar it-Tournament tas-Sajf ta’ Mosta FC

Sitt tims tal-Premier League ta’ Malta qegħdin jieħdu sehem fil-Mosta FC Dimbros Pre-Season Summer Tournament li beda nhar it-Tlieta bl-ewwel żewġ impenji u meta l-logħob ikompli sat-8 ta’ Awwissu.

Il-logħob kollu ta’ dan it-Tournament tas-Sajf qed isir fl-Istadium tal-Mosta li hu msemmi għall-eks-President ta’ Mosta FC, Charles Abela.

Is-sitt tims – Mosta FC, Floriana, Tarxien Rainbows, Balzan FC, Senglea Athletic u Pieta Hotspurs – huma impenjati fi grupp wieħed u se jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta’ round robin.

Fl-ewwel żewġ logħbiet, Pieta għelbu lil Senglea Athletic 2-0, b’Mosta u Floriana jispiċċaw fi draw, 1-1.

Il-programm tal-logħob fiċ-Charles Abela Stadium hu dan:

23 ta’ Lulju: Floriana v Tarxien Rainbows (6.15 pm); Mosta v Senglea (20.15 pm).

24 ta’ Lulju: Balzan v Pieta Hotspurs (8 pm).

27 ta’ Lulju: Balzan v Tarxien Rainbows (8 pm).

30 ta’ Lulju: Mosta v Balzan (6.15 pm); Senglea v Floriana (8.15 pm).

31 ta’ Lulju: Tarxien Rainbows v Pieta Hotspurs (8.15 pm).

3 ta’ Awwissu: Senglea v Balzan (6.15 pm); Tarxien v Mosta (8.15 pm).

4 ta’ Awwissu: Pieta Hotspurs v Floriana ( 8 pm).

7 ta’ Awwissu: Balzan v Floriana (6.15 pm); Pieta Hotspurs v Mosta (8.15 pm)

8 ta’ Awwissu: Senglea v Tarxien Rainbows.