Għawdex Kultura Lokali

AĠĠORNATA: Għawdex jitlef pilastru fil-qasam kulturali

Attard jibqa’ mfakkar b’għożża fl-għadd ġmielu ta’ riċerka, kitbiet dokumentarji, u ħsibijiet li ħalla warajh

Tħabbret il-mewt tal-istoriku Għawdxi Anton F. Attard fl-età ta’ 75 sena.

Attard, li kien mir-Rabat Għawdex, twieled fl-14 ta’ Frar tal-1943 fejn studja u sar għalliem.

Attard hu magħruf sew għal xogħol ieħor li wettaq matul ħajtu, fosthom bosta kitbiet u riċerki. Hu kien magħruf ukoll bħala traduttur, folklorist u kif ukoll poeta.

Anton Attard għallem fl-iskejjel tal-Marsa u taż-Żejtun.

Il-Funeral huwa skedat għall-Ħamis 26 ta’ Lulju 2018, b’korteo li jitlaq minn quddiem il-Każin tal-Banda Leone fil-4.45pm bl-akkumpanjament tal-Banda Ċittadina Leone. Quddiesa fil-Katidral t’Għawdex tibda fil-5.30pm.