Bejn illum u s-Sibt li ġej mis-6.00pm ‘l quddiem isir it-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tad-Drag Racing, fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far. Id-drawwa hi li dan ir-rawnd isir filgħaxija u b’hekk se joffri spettaklu differenti mill-erba’ rawnds l-oħra tal-istess kampjonat.
F’dan ir-rawnd hemm aktar minn ħamsin karozza li se jieħdu sehem, fosthom ir-ritorn ta’ Borg Brothers li kienu ferm popolari f’Ħal Far fis-snin 90, kif ukoll erba’ karozzi li ġew apposta mill-Greċja.
Fost dawn il-karozzi Griegi, hemm ukoll il-karozza Mitsubishi Evolution li kienet f’pajjiżna fl-istess rawnd is-sena l-oħra. Dakinhar wara xi diffikultajiet, is-sewwieq Grieg irnexxielu jilħaq l-iskop tiegħu meta kiser rekord mondjali f’ħin ta’ 7.884 sekondi.
It-tlielaq kollha huma miftuħa għall-pubbliku.
//= $special ?>