Lokali

Jinqabad filfatt jgħabbi sigaretti bil-kuntrabandu

Raġel ġie arrestat ġewwa San Pawl il-Baħar hekk kif kien qed jgħabbi kwantità kbira ta’ kaxxi mimlijin bis-sigaretti, li kienu bla dazju.

Il-Pulizija arrestat lir-raġel minn Ħal Qormi wara li ġew infurmati għall-ħabta tal-5:15 ta’ dalgħodu li kien hemm vann tat tip Fiat Ducato li dehret tgħabbi xi affarijiet minn fuq dgħajsa fuq il-moll ġewwa Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar.

Sorsi fil-midja jgħidu li b’kollox instabu madwar 800,000 sigarett. Sfortunatament, id-dgħajsa laħqet ħarbet minn fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza ta’ membru tad-Dwana, fejn flimkien mal-pulizija qed imexxu l-investigazzjonijiet, li għadhom għaddejjin.