Internazzjonali

Scotland Yard tindentifika lil min attakka lil Skripal

L-attakk f'Salisbury ħoloq diżgwid internazzjonali enormi

Il-Pulizija Ingliża temmen li identifikat lill-persuna jew persuni li attakkaw lill-eks spija Russu Sergei Skripal f’Salisbury.

Skont il-media Ingliża, diversi Russi kienu involuti fl-attentat ta’ qtil li seħħ f’Marzu li għadda. Jidher li Scotland Yard qed tifttex aktar minn suspettat wieħed.

Sa issa ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali mill-Gvern Ingliż.