Lokali

Tinqaleb karozza fi Triq Diċembru 13

Dalgħodu sar inċident fejn karozza nqelbet fi Triq Diċembru 13, fil-Marsa.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza, fejn fortunatament ma weġġa’ ħadd.

Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident filwaqt li għal xi ħin inġemgħa t-traffiku konsegwenza t’hekk.