Lokali

50 sena ta’ ħidma fil-missjoni

F’għeluq il-50 sena ta’ ħidma missjunarja fil-Peru, is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl l-MSSP qed ttella’ edizzjoni oħra tal-maratona ‘Oħloq Tbissima’. 60 siegħa ta’ xandir, bil-flus imorru kollha biex tkompli l-ħidma f’pajjiżi foqra.

Is-16-il edizzjoni tal-maratona bdiet fl-20 ta’ Lulju u se tibqa’ sejra sa 22 ta’ Lulju b’divertiment għall-familja kollha, b’żona fejn jilgħabu t-tfal, diversi kantanti u anke se jkun hemm il-banda tal-armata u l-banda tal-pulizija matul dawn il-jumejn.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Charles J. Scicluna.