Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel appell urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm.
Fi stqarrija, huma appellaw sabiex kull min hu f’saħħtu għandu jirrikorri biex jagħti d-demm, “possibbilment illum stess”.
Punti importanti t’osservazzjoni għal meta wieħed jagħti d-demm:
– il-karta tal-Identità hi neċessarja
– importanti li wieħed jibda ixrob l-ilma minn qabel jersaq biex jagħmel l-għotja tad-demm
– min ġie lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat u jixtieq jagħti d-demm, jew jixtieq jistaqsi xi mistoqsija relatata mal-għoti tad-demm hu mitlub iċempel 80074313
– l-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm li jiftaħ 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.