Internazzjonali

AĠĠORNATA: Attakk b’sikkina fil-Ġermanja; numru ta’ persuni midruba

Il-każ seħħ fil-belt ta' Luebeck; tnejn feruti gravi

Numru ta’ persuni sfaw feruti wara attakk b’sikkina li seħħ ftit tal-ħin ilu f’belt Ġermaniża.

L-ewwel rapporti jindikaw li l-attakk seħħ fuq karozza tal-linja, b’indikazzjonijiet li hemm mal-14 midruba. Rakkonti mill-post huma tassew xokkanti, fejn qed jingħad li uħud mill-persuni fuq tal-linja kellhom jaqbżu mix-xarabank biex jaħarbu lill-aggressur li kien armat.

L-aggressur ġie identifikat bħala raġel ta’ 30 sena mill-Iran.

Il-Pulizija f’Luebeck qalu li qed janalizzaw is-sitwazzjoni u se jwasslu aktar aġġornamenti dalwaqt wara li l-każ ikun aktar ċar. Għalkemm kollox jindika li hemm 2 feruti gravi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.