Il-Bank of Valletta tilef l-appell illi fetaħ kontra d-deċiżjoni ta’ Qorti fl-Italja li kienet ordnat l-iffriżar ta’ €363 miljun.
Il-każ beda wara li l-likwidaturi tal-grupp ta’ bastimenti Deiulemar u numru ta’ bondholders tilfu it-tfaddil tagħhom fi skema allegatament ta’ frodi li tmur lura għall-2009.
Hu mifhum li din l-iskema falliet fl-2012 b’telf ta’ aktar minn €800 miljun. Riżultat ta’ dan, seba’ persuni kienu ġew arrestati u ntbgħatu l-ħabs.
Kien f’Marzu li għadda meta l-Qorti Taljana laqgħat talba għal mandat ta’ qbid ta’ €363 miljun fuq il-BOV.
//= $special ?>