Ir-raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Qormi, li lbieraħ inqabad fil-pussess ta’ sigaretti f’San Pawl il-Baħar, se jkun mixli b’evażjoni ta’ €251,384 dazju, sisa u VAT.
L-arrest sar wara intervent u tfittxija li saret mill-Uffiċjali tal-Pulizija, assistiti minn membri tat-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana, f’vettura tal-għamla Fiat Ducato, li ġiet interċettata fl-akkwata magħrufa bħala Tal-Veċċja.
Hawn instab li r-raġel kellu fil-pussess u l-kontroll tiegħu, kif ukoll laqa’ għandu, żamm kif ukoll kellu b’xi mod x’jaqsam fil-ġarr, twarrib, ħabi jew depożt ta’ sigaretti bla dazju, bil-ħsieb li jiġi ffrodat il-Gvern minn Dazji u t- Taxxa li jkun imiss jitħallsu fuqhom, jew biex tinħeles xi projbizzjoni jew limitazzjoni tad-Dwana dwar dawn il-1,087,000 sigarett kif ġej:
– 31 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Red;
– 27 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Kings Lights;
– 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Business Royals King Size;
– 25 kaxxa b’50 kartuna b’200 sigarett kull kartuna kull kaxxa – Richman;
– 22 kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Business Kings Lights;
– 13-il kartuna b’200 sigarett kull kartuna – Richman.
Dawn is-sigaretti, li l-importazzjoni u l-pussess tagħhom huma pprojbiti u/jew ristretti u/jew limitati, għandhom valur totali ta’ €81,523.00, b’Dazju tas-Sisa dovut ta’€190,072.82, kif ukoll Dazju ta’ Importazzjoni u Taxxa fuq il-Valur Miżjud (V.A.T.) li jammontaw għal €18,157.25 u €43,155.55 rispettivament, fejn liema Dazji u Taxxa ma kinux ġew imħallsa u/jew kawtelati.
//= $special ?>