Il-membri tas-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) tar-Russja wettqu rejd ġo faċilità għar-riċerka spazjali fost suspetti dwar leak ta’ sigrieti dwar il-missili tat-tip hypersonic lill-ispjuni tal-Punent.
L-aġenzija tal-ispazju tal-Istat, Roskosmos, qalet li l-istaff tagħha qegħdin jikkooperaw mal-uffiċjali tal-FSB b’konnessjoni ma’ ‘każ kriminali’.
Intant, il-media fir-Russja qalet li talanqas għaxar membri tal-istaff ma’ faċilità bl-isem TsN11Mash ( tar-Roskomos) jinsabu taħt suspett, bl-FSB anki jispiċċaw ifittxu qalb l-uffiċini ta’ direttur tal-faċilità.
Il-missili hypersonic kapaċi jtiru b’ħames darbiet aktar veloċità mill-veloċità tal-ħoss (Mach 5).
Ir-Russja, din il-ġimgħa, ħarġet filmati ta’ żewġ sistemi missilistiċi ta’ dan it-tip, bl-isem Kinzhal u Avangard, u li jippermettu għal missili li kapaċi jġorru l-warheads nukleari.
Intant, il-media Russa rappurtat li l-persuni suspettati dwar il-leaks tas-sigrieti kapaċi, ‘il quddiem, jiffaċċjaw akkużi dwar ‘l-ogħla livell ta’ tradiment lil pajjiżhom’.
//= $special ?>

