Lokali Saħħa

L-MUMN urtata bid-dewmien li qed jikkawża nuqqasijiet fis-servizz tas-saħħa

L-MUMN marret quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku biex tappella għall-ippubblikar tar-riżultati tal-infermiera

Dewmien fil-pubblikazzjoni tar-riżultati tad-deputy charge nurses se jwassal biex ikun hemm kundizzjonijiet ħżiena għall-infermiera, u dan jirriżulta f’servizz ta’ saħħa ħażin lill-pubbliku. Kien għalhekk li l-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel sejħet konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-binja tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, l-MUMN qalet li madwar 18-il xahar ilu hargu numru ta’ sejhiet sabiex jimtlew il-postijiet vakanti ta’ deputy charge nurses – jiġifieri infermiera li jkunu t-tieni fit-tmexxija tas-swali fl-isptarijiet. Iżda wara 6 xhur, bdew jiġu ppubblikati r-riżultati li malajr ġew irtirati lura fuq rodni tal-PSC, peress li rriżulta li malajr ġew irtirati lura bejniethom u b’hekk ir-riżulta li l-Ministeri differenti ma kkordinawx bejniethom u r-riżultati ma qablux. Eżempju – infermiera li għamlet żewġ interviews għall-żewġ postijiet differenti tax-xogħol, ġiet eżaminata fuq żewġ kriterji differenti.

Fil-preżent hemm mal-120 sala fl-isptarijiet li għadhom b’nuqqas ta’ deputy charge nurses, dan minbarra n-nuqqas ta’ infermiera fis-servizz tas-saħħa pubblika.

Għal din ir-raġuni, ir-riżultati ġew irtirati. Għal darb’oħra, wara xhur ta’ stennija, reġa’ ġie ppubblikat riżultat ieħor, iżda dawn reġgħu ġew irtirati. Issa n-nurses qegħdin kontwinwament jistaqsu x’ġara mir-riżultati tagħom – hekk kif ġew irtirati darbtejn. L-MUMN qalet li ma tistax toqgħod kwieta quddiem dan kollu u appellat li l-PSC trid tifhem li qed titkellem fuq il-ħajjiet tan-nies.

Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea, li akkumpanjat minn numru ta’ rappreżentanti oħra mill-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel.