Lokali

Malti fost il-midruba wara li nqabdu f’Tornado fl-Istati Uniti

Imprenditur rinomat f’pajjiżna huwa fost dawk li ndarbu hekk kif tornado ħakem parti mill-Istati Uniti. Net News jinsab infurmat li fortunatament l-imprenditur Malti ma ġarrabx ġrieħi serji għalkemm kellu jingħata l-kura meħtieġa. S’issa għadu mhux magħruf jekk hemmx Maltin oħra li jinsabu maqbuda fil-maltemp.

Din it-tromba tal-arja qawwija ħalliet devastazzjoni qawwija hekk kif 17-il persuna spiċċaw midruba, diversi vetturi nieqsa u bosta residenzi u binjiet spiċċaw litteralment mingħajr ebda soqfa.

Filwaqt li s’issa ma hemm l-ebda sinjali li fost il-vittmi hemm min huwa f’qagħda kritika, villaġġ partikolari jinsab fi stat ta’ emerġenza wara li kawża tal-maltemp it-toroq jinsabu bla dawl u mhux aċċessibli konsegwenza tas-siġar li waqgħu.