Internazzjonali

Ministru Taljan akkużat b’użura

Paolo Savona hu l-Ministru tal-Affarijiet Ewropej

Inkjesta li qed issir fil-Belt Taljana ta’ Campobasso wasslet għall-arrest tal-Ministru Paolo Savona, fuq akkużi serji ta’ użura fiż-żmien meta hu kien imexxi l-bank Unicredit. Apparti l-Ministru Taljan, qed jiġu investigati wkoll 22 persuna oħra.

Savona hu Ministru ewlieni fil-Gvern ta’ Conte, u għandu appoġġ assolut kemm minn Salvini u anke minn Di Maio.