Internazzjonali

Salvati 66 Tuneżin ‘il barra minn Pantellerija

L-immigranti ittieħdu lejn Trapani fi Sqallija

Matul il-lejl waslu fi Sqallija l-immigranti li ġew salvati ‘il barra mill-gżira ta’ Pantellerija.

Il-grupp kienu 66 b’kollox, kollha Tuneżini. Huma kienu qed ibaħħru fuq dgħajsa fid-direzzjoni ta’ Pantellerija.

L-immigranti ġew trasferiti fuq żewġ patrol boats tal-Guardia Costiera Taljana u ttieħdu Sqallija, fil-port ta’ Trapani.