Lokali Unjoni Ewropea

Xahrejn ċans għall-Gvern biex jimplimenta r-regoli dwar il-ħasil ta’ flus

Edward Scicluna jibqa' ma jġorrx responsabilta' politika

Wara li l-Awtorita’ Bankarja Ewropea (EBA) tmint ijiem ilu ħarġet rapport li indika nuqqasijiet kbar u sistematiċi fil-mod kif kien qed jaħdem l-FIAU, issa l-Kummissjoni Ewropea żiedet il-pressjoni fuq il-Gvern ta’ Muscat hekk kif tat xahrejn ċans biex pajjiżna jimplimenta r-regoli kontra l-ħasil ta’ flus.
F’każ li l-Gvern jonqos li jagħmel dan, il-Kummissjoni wissiet li tista tieħu passi legali kontrih.

Din l-azzjoni minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea timmarka l-aħħar stadju fil-proċess qabel mal-kwistjoni tittieħed quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Intant sal-bieraħ, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna baqa’ jirrifjuta li jġorr ir-responsabilta’ politika wara r-rapport iebes tal-EBA u saħansitra, f’artiklu li kiteb f’ġurnal lokali, qal li l-EBA ħarġet ir-rapport dwar l-FIAU wara pressjioni mill-Kumissjoni Ewropea li qed tipprova tuża lil pajjiżna biex tagħti eżempju lil pajjiżi oħra.