Lokali

2 irġiel l-isptar wara ħabta fl-Imsida

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żewġ ħaddiema tal-monti kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ħarġu għal ġurnata xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:10am fi Triq Clarence, fil-Pietà hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet seħħ impatt bejn vettura tat-tip Peugeot Expert misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Fgura u vettura tat-tip Suzuki Carry misjuqa minn raġel mill-Bangladesh ta’ 33 sena residenti l-Gżira fejn passiġġier mieghu kien hemm ukoll raġel ta’ 32 sena, ukoll mill-Bangladesh.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żewġ barranin l-isptar għal aktar kura.

Aktar tard, is-sewwieq ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief, madanakollu l-passiġġier ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.