Fi tmiem din il-ġimgħa Buckingham Palace fetaħ għall-pubbliku hekk kif ta’ kull sena l-Kmamar Statali jiftħu għall-viżitaturi.
Din is-sena l-eżebizzjoni ser tkun qed tfakkar l-għeluq is-70 sena tal-Prinċep Charles.
F’Novembru l-Prinċep ta’ Wales ser jgħalaq sninu u għaldaqstant għażel li jeżebixxi selezzjoni tal-arti bl-isem ta’ – Prince and Patron.
Fost xelta vasta ta’ arti l-Prinċep għażel mal-100 pittura, arti dekorattiva kif ukoll għamara mill-Kollezzjoni Rjali – b’xogħlijiet li kienu tal-antenati tiegħu fosthom pitturi ta’ Re Enriku VIII.
Din l-eżebizzjoni għandha miftuħa sat-30 ta’ Settembru.
//= $special ?>