It-timijiet ewlenin jidħlu fix-xena f’Jannar – il-finali fil-25 t’April
Telgħu l-poloz tal-Coppa Italia 2018/19 ġewwa Milan, hekk kif tmint’ijiem oħra, fid-29 ta’ Lulju jingħata bidu għat-turnew Taljan. Fl-ewwel rawnd l-ebda tim tas-Serie A m’huwa ser ikun qed jipparteċipa, madanakollu ser ikun hemm 18-il partita, bejn timijiet ta’ Serie C u D bil-għan li fil-5 t’Awwissu r-rebbieħa tal-konfronti jaffrontaw it-timijiet tas-Serie B.
Wara dan ir-rawnd, fit-12 t’Awwissu jibdew deħlin it-timijiet tal-ogħla kampjonat Taljan, sabiex sussegwentament fit-13 ta’ Jannar jipparteċipaw fuq naħa Milan u Napoli kif ukoll Lazio u Inter u fuq in-naħa l-oħra nsibu lill-Fiorentina, Roma u Juventus u Atalanta.
Hawn fejn l-affari tibda tisserja hekk kif fit-30 ta’ Jannar jingħata bidu għall-kwarti tal-finali bis-semi finali jkunu tul ix-xahar ta’ Frar. Il-finali ser tiġi organizzata fil-25 t’April.
//= $special ?>