Lokali

FILMAT: Ara l-wasla ta’ Neil Agius wara li għam id-dawra ta’ Malta f’inqas minn ġurnata

Neil Agius irnexxielu jgħum mal-kosta kollha ta’ Malta f’inqas minn 24 siegħa hekk kif il-Ġimgħa fis-6pm telaq mill-Bajja tal-Marfa sabiex is-Sibt għall-ħabta tal-4pm lesta din l-avventura b’suċċess.

Dan kollu waqt ir-Round Malta Swim 2018 – attività organizzata bil-għan li titqajjem kuxejnza nazzjonali dwar l-effetti ħżiena li jwettqu oġġetti mormija fl-ibħra ta’ madwarna.

Mal-wasla tiegħu kienet tidher ċara għeja f’wiċċ Agius, wara madwar 22 siegħa ta’ sagrifiċċju bejn sema w ilma – taħt xemx li żgur kulħadd qiegħed iħossha tisreġ kemmxejn.

AĠĠORNATA: Round Malta Swim 2018 – Jgħum madwar Malta f’inqas minn 24 siegħa