Terġa’ tfeġġ ‘l-iskuża’ tal-caterer
Fl-aħħar ġimgħat, id-dewmien qed isir bħal donnu sinonimu mal-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta.
Persuna li wriet ix-xewqa li tibqa’ anonima qasmet l-esperjeza xejn pjaċevoli tagħha ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet hekk kif spjegat li vjaġġ minn Lourdes, Franza, għal Malta spiċċat bħal ħolma kerha li ma riedet tispiċċa b’xejn.
Il-pellegrina spjegat li l-grupp ta’ ‘l fuq minn 100 persuna telqu mil-lukanda għall-ħabta tas-6pm u waslu fl-ajruport ta’ Lourdes nofs siegħa wara – bil-għan li kellhom jaslu f’pajjiżna għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija.
Madanakollu wara ħafna dewmien, kontra kull aspettativa fil-11.30pm ma waslux Malta iżda wasal l-ajruplan tal-Air Malta fil-mitjar.
Il-mara rrakkontat kif waqt dak id-dewmien kollu – b’diversi persuni morda, anzjani u anke dawk fuq is-siġġu tar-roti kellhom jistennew għal ħin twil mingħajr forsi ma kielu xejn u anke bla mistrieħ.
Iżda dan mhux biss l-għaliex, sakemm il-passiġġieri telgħu kollha fuq fl-ajruplan laħqu saru nofsillejl bit-titjira tasal Malta għall-ħabta tas-2.30am bin-nies jerħula lura d-dar xit-3am – madwar tlett sigħat u nofs wara l-ħin previst.
Meta l-passiġġieri staqsew għalfejn kien hemm dan id-dewmien kollu, membru tal-ekwipaġġ spjegat li dan kollu seħħ minħabba li kienu qed jistennew lill-caterer, proprju l-istess ‘skuża’ li ntużat ilbierah waqt titjira li damet ma telqet minn Malta kumbinazzjoni lejn Lourdes ukoll. Dewmien li esperjenzat ukoll il-mara li rrakkontat l-esperjenza tagħha ma’ Net News, hekk kif saħqet li ankè minn Malta kellhom dewmien ta’ sagħtejn, bil-konsegwenza li spiċċaw daħlu l-lukanda għall-ħabta tas-1am.
Hija saħqet li ġita ta’ devozzjoni jispiċċaw jiħduhielek minn saħħtek u dan mhux aċċettabbli – ankè minħabba l-fatt li dan kien ajruplan mimli bin-nies morda fejn kien hemm passiġġiera partikolari saħansitra ħassa ħażin.
//= $special ?>