Kollox jinsab lest hekk kif is-Sibt filgħaxija tittella’ s-serata finali ta’ edizzjoni oħra tal-Malta Jazz Festival. Festival li jmur lura għall-1991 u li hu deskritt bħala ċelebrazzjonijiet ta’ wieħed mill-iktar forom ta’ arti importanti tas-seklu 20.
Bħal kull sena, il-Malta Jazz Festival jattira fost l-ikbar ismijiet fil-jazz tal-lum: Chick Corea, Christian McBride u Karim Ziad.
Għal darb’oħra, mużika mill-aqwa u li ssaħħar tikkumplimenta x-xenarju tal-Port il-Kbir f’lejla tipika tas-Sajf Malti.
Bl-attrazzjoni prinċipali jkun iċ-Chick Corea Trio fejn l-artist se jerġa’ jingħaqad ma’ John Patitucci u Dave Weckl fil-kunċert tas-Sibt.
//= $special ?>