Il-miljunarju b’dixxendenza Maltija Louis Camilleri ntgħażel mill-Ferrari biex ikun il-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-kumpanija.
L-għażla waqgħat fuq Camilleri waqa li l-Kap Eżekuttiv ta’ qablu, Sergio Marchionne, kellu jieqaf mir-rwol tiegħu minħabba raġunijiet serji ta’ saħħa.
Filfatt, il-bord tal-Ferrari għażel lil Camilleri f’laqgħa li ssejħet b’urġenza u issa hu mistenni li l-għażla tiegħu tkun approvata waqt laqgħa għall-azzjonisti tal-kumpanija.
Camilleri għandu ġid li jaqbeż il-€150 miljun f’valur. Hu twieled fl-1955 fl-Eġittu għalkemm iż-żewġ ġenituri tiegħu huma Maltin.
Tul il-karriera tiegħu hu studja fir-Renju Unit kif ukoll fl-Iżvizzera qabel ingħaqad fil-kumpanija tat-tabakk Philip Morris.
//= $special ?>