Sport Sport Ieħor

Omar Fraile jirbaħ l-14-il stadju tat-Tour de France

Omar Fraile (Ritratt: EPA)

L-Ispanjol Omar Fraile rebaħ l-14-il stadju tat-Tour de France fi tmiem drammatiku, hekk kif iċ-ċiklist ta’ Team Sky Geraint Thomas żamm il-flokk l-isfar. Jasper Stuyven attakka waħdu b’35 kilometru għat-tmiem iżda Fraile laħqu fl-aħħar tliet kilometri fi tmiem diffiċli f’Mende.

Fraile baqa’ jiddefendi l-vantaġġ u l-kontrattakk ta’ Julian Alaphilippe, b’Stuyven jidħol fit-tielet post. Iċ-champion tad-dinja Peter Sagan spiċċa fir-raba’ post għaxar sekondi wara, biex ikkonsolida l-vantaġġ tal-flokk l-aħdar filwaqt li għalih din kienet id-disa’ darba f’din l-edizzjoni li spiċċa mal-ewwel ħamsa.

Thomas spiċċa qrib ir-rivali tiegħu Chris Froome u Tom Dumoulin. Fil-klassifika ġenerali, Thomas baqa’ b’vantaġġ ta’ minuta u 39 sekonda fuq Chris Froome, b’Dumoulin 11-il sekonda wara l-erba’ darbiet rebbieħ tat-Tour de France.

Kif Spiċċaw l-14-il Stadju

1. Omar Fraile                 4:41.57

2. Julian Alaphilippe     +0.06

3. Jasper Stuyven           +0.06

4. Peter Sagan                 +0.12

5. Damiano Caruso        +0.17

6. Simon Geschke          +0.19

7. Nicolas Edet                +0.19

8. Lilian Calmejane       +0.23

9. Daryl Impey                +0.30

10. Thomas de Gendt    +0.37

Klassifika Ġenerali

1. Geraint Thomas          58:10.44

2. Chris Froome              +1.39

3. Tom Dumoulin           +1.50

4. Primoz Roglic             +2.38

5. Romain Bardet           +3.21

6. Mikel Landa               +3.42

7. Steven Kruijswijk      +3.57

8. Nairo Quintana         +4.23

9. Jakob Fuglsang         +6.14

10. Dan Martin              +6.54

Ikkummenta