Ħtieġa li nzommu l-baħar u l-kosta tagħna ndaf
Tlett għawwiema Maltin din it-tmiem il-ġimgħa għumuha madwar Malta kollha bil-għan li jqajmu aktar kuxjenza dwar l-indafa fuq il-bajjiet Maltin.
Neil Agius, Gilbert Bartolo u Roderick Zerafa bdew l-avventura tagħhom il-Ġimgħa fis-6pm mill-bajja tal-Marfa. L-għawma kienet mistennija tieħu bejn wieħed u ieħor 24 siegħa, madanakollu Agius irnexxielu jasal lura l-Marfa f’madwar 22 siegħa.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jgħin billi jxerrdu l-paġna ta’ Facebook , kif ukoll jiġbru tlett oġġetti tal-plastik li jsibu fuq il-bajjiet Maltin, u jxerdu r-ritratt bil-hashtag #waveofchange.
Dan kollu bil-għan li jqajmu kuxejnza nazzjonali dwar l-effetti ħżiena li jwettqu oġġetti mormija fl-ibħra ta’ madwarna, f’attività li żgur hija waħda ta’ piż u sagrifiċju fuq dawn it-3 għawwiema.
//= $special ?>


