Ħolma li fl-aħħar saret realtà għal Tonio Mercieca u Christine Borg, żewġ persuni b’diżabilita’ residenti fid-Dar tal-Providenza, li qatgħu xewqithom għall-avventura tal-paragliding.
Net News mar Buġibba fejn segwejna din l-avventura u hemmhekk tkellimna’ ma’ Tonio u Christine ftit mumenti qabel din l-avventura ġdida għalihom.
Fuq il-post kien hemm ukoll id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr. Martin Micallef li ma’ NET News qal li ra li din il-ħolma ssir realtà għalihom.
Fuq wiċċ Christine u Tonio, evidenti l-eċitament fuq il-ħarsa ta’ wiċċhom. Ma’ NET News, Christine għadddiet messaġġ ta’ inkoraġġiment lil persuni oħra b’diżabilità biex ma jaqgħtux qalbhom.
Is-sena l-oħra din l-esperjenza kellha ssir f’Settembru iżda kellha titħassar minħabba l-maltemp.
Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>