Futbol Sport

UFFIĊJALI: Paolo Scaroni President ta’ Milan – Fassone barra

Ġurnata storika għall-Milan hekk kif ingħalqet uffiċjalment l-era Ċiniża sabiex ingħata bidu għall-era ta’ Elliott.

Dan hekk kif tħabbar uffiċjalment li l-President il-ġdid tar-Rossoneri ser ikun Paolo Scaroni, li momentarjament ser ikun qed jieħu post ukoll Marco Fassone, li tneħħa b’mod immedjat mill-pożizzjoni tiegħu.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Fond Amerikan xeħet ir-responsabbiltà tat-taħwida Ċiniża fuq Fassone wkoll, wara li dan tal-aħħar ta l-appoġġ unanimu lill-eks President Milanista YongHong Li.

S’issa għadu mhux ċar il-futur tad-direttur tekniku preżenti Massimiliano Mirabelli, li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li fil-jiem li ġejjin ser jeħodlu postu, l-eks-plejer u kowċ tar-Rossoneri, il-Brażiljan Leonardo.