Lokali

Vara tal-Madonna b’dehra ġdida

Il-festa ta’ San Pawl il-Baħar iddedikata lil Marija Addolorata Sultana tal-Martri hi differenti għal din is-sena hekk kif il-vara titulari tal-Madonna ġiet restawrata.

Il-pedestall tal-vara ġie ndurat mill-ġdid bid-deheb mir-restawratur Dominic Scerri.

Il-Ġimgħa filgħaxija, il-pedestall tal-vara nkixef u tbierek fuq iz-zuntier tal-kappella tal-Karmnu il-Veccja mill-Kappillan tal-parroċċa, il-Patri Michael Attard.

Wara bdiet il-purċissjoni bl-istatwa Titulari lejn il-Knisja Parrokkjali. Takkumpanja lil vara kien hemm numru ta’ murtali u l-banda ta’ Soċjetà Mużikali San Pawl.

Il-vara titulari tmur lura għall-1914 hekk kif inħadmet minn Karmenu Mallia. Il-Ħamis 19 ta’ Lulju kien il-bidu tal-festa filwaqt li l-Ħadd 29 ta’ Lulju jintlaħaq il-qofol tal-festa.