Lokali

Żagħżugħ b’feriti serji wara li waqgħet ċinta ta’ bejt fuqu

Ritratt: Martin Agius

Żagħżugħ Niġerjan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt għal fuqu.

Il-każ seħħ fit-8.30am fi Triq Żinżel, Ħal Qormi, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, waqgħet parti minn ċinta ta’ bejt fuq il-vittma ta’ 23 sena.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.