Il-Forzi Armati ta’ Malta ikkordinat missjoni ta’ salvataġġ għal 19-il immigrant li telqu mill-Libja fuq dgħajsa tal-fibre-glass u spiċċaw f’periklu f’nofs ta’ baħar madwar 50 mil nawtiku ‘l bogħod minn Malta.
Il-Forzi Armati irċievew informazzjoni mill-Gwardjani tal-Kosta Taljani u anke Libjani, u mal-ewwel intbagħtu ajruplan u bastiment sabiex isibu u jsalvaw lil dawn il-persuni. Ftit wara, id-dgħajsa bl-immigranti abbord spiċċat f’diffikultà – iżda hekk kif instabu l-immigranti ingħataw life-jackets mill-Forzi Armati Maltin wara li nqalbet.
Mid-19-il immigrant, 17-il persuna ġew salvati mill-Forzi Armati mal-ewwel filwaqt li bdiet tfittxija għal żewġ persuni oħra li kienu mitlufa fil-baħar. Aktar tard, iż-żewġ persuni mitlufa instabu u ttellgħu abbord l-bastiment tal-Forzi Armati.
L-istqarrija tal-Forzi Armati ttemm tgħid li fost l-immigranti kien hemm mara tqil, tarbija, u 17-il raġel – u li kollha jinsabu f’saħħithom.
//= $special ?>