Lokali

FILMAT: Numru ta’ żgħażagħ ma jirrealizawx il-periklu li kienu jinsabu fih

Filmat li nxtered fuq Facebook fil-grupp RUBS Are You Being Served?(Malta) The original ġibed attenzjoni tal-bosta hekk kif fih jidher numru ta’ żgħażagħ jaqbżu mill-pont ta’ The Point, f’Tigne, f’Tas-Sliema.

Il-persuna li xerred il-filmat qal li f’dak il-mument dawn iż-żgħażagħ barranin kienu qed jaqbżu mill-pont u sostna li dan kien ta’ periklu kbir għalihom, hekk kif dan il-pont taħtu hemm il-blat. Intant wara fost il-kummenti li kien hemm intqal li ż-żgħażgagħ ġew imwaqqfa milli jagħmlu dan.

Il-pont huwa popolari ferm fil-ġranet tas-sajf għall-qbiż fil-baħar, iżda madankollu ħafna ta’ spiss jiġbdu l-attenzjoni li huwa ta’ periklu li wieħed jaqbeż minn hemm. Infatti mal-poġġaman tal-istess pont hemm it-tabelli biex jgħidulek biex ma taqbiżx minn hemm għall-baħar.