Il-Prinċep George, li hu t-tifel tal-Prinċep William u Katherine, magħrufa bħala d-Duka u Dukessa ta’ Cambridge, għalaq ħames snin u fl-aħħar sigħat kien qed jiċċirkola r-ritratt uffiċjali tiegħu bħala ċelebrazzjoni tal-avveniment.
George, li fir-ritratt, jidher fil-ġonna ta’ Clarence House, f’Londra, kien twieled fit-22 ta’ Lulju 2013 fl-Isptar ta’ St Mary’s, f’Paddington. Il-Prinċep ċkejken hu anki t-tielet eredi għat-tron tal-Ingilterra.
//= $special ?>

