Internazzjonali

Jemmen li ftehim mal-UE dwar il-Brexit jista’ jintlaħaq sa Ottubru

Is-Segretarju Britanniku ġdid responsabbli mill-Brexit, Dominic Raab, qal li jista’ jintlaħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea sa Ottubru. Iżda filwaqt li hu se jagħmel l-almu ‘biex jikseb l-aħjar riżultat possibbli għal pajjiżu’ dan ma jfissirx li r-Renju Unit mhux jipperepara għall-possibbiltà li l-ftehim ma’ Brussell ma jintlaħaqx.

Raab għandu jirritorna nhar il-Ħamis fi Brussell għal aktar taħditiet, meta l-osservaturi jaqblu li sitwazzjoni fejn ir-Renju Unit joħroġ mill-UE mingħajr ftehim għandha titqies bħala waħda ‘katastrofika’ għall-kummerċ.

Intant, Raab – li assuma l-kariga wara r-riżenja ta’ David Davis minn Segretarju għall-Brexit – qal li ‘Gvern responsabbli dejjem jaħseb għal pjan u strateġiji ulterjuri f’każ li l-impenn li jkun daħal għalih ma jispiċċax bit-tajjeb’.

Fl-istess ħin, Raab jemmen li jekk l-UE ‘turi l-istess enerġija, pragmatiżmu u ambizzjoni’ li wera r-Renju Unit waqt in-negozjati, mgħandux ikun hemm raġuni għalfejn ma jintlaħaqx ftehim dwar il-Brexit sa Ottubru. Hu anki nnota li huma diġà riżolti mat-80 fil-mija tal-aspetti tal-ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Intant, is-Segretarju ġdid għall-Brexit qal ukoll li d-domandi li qajjem Michel Barnier, bħala n-negozjatur ewlieni tal-UE, dwar il-pjan tal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May, fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali futuri bejn Londra u Brussell iridu jitqiesu bħala ‘xi ħaġa pożittiva’.

M