F’Kastilja qed ikomplu l-manuvri diretti biex ix-xogħol ta’ stampar kollu li jsir minn dipartimenti, entitajiet, skejjel u uffiċċji governattivi jkun ċentralizzat għall-Istamperija tal-Gvern li la għandha riżorsi umani biżżejjed biex tlaħħaq mal-volum tax-xogħol u wisq inqas għandha makkinarju biżżejjed biex ilaħħaq mal-volum tal-istampar.
Dwar dan kompliet tirrapporta il-gazzetta il-mument li taħt il-kappa taċ-Ċivil il-volum tal-istampar hu wieħed qawwi ħafna u bosta drabi dak li jiġri hu li kull organizzazzjoni taħseb għal rasha kif tagħmel dan ix-xogħol… probabbilment wara li tkun talbet numru ta’ offerti għax-xogħol li jkun se jsir.
Ghalkemm din il-prassi dejjem kienet fis-seħħ, minn ftit tax-xhur lil hawn jidher li terzi f’Kastilja tefgħu ħarsithom fuq l-Isptamperija tal-Gvern għaliex fehmu li bi ftit manuvri sottili jista’ jkun hemm kemm gwadann finanzjarju dirett jew inkella gwadann finanzjarju indirett.
Għalhekk minn Kastilja nħarġet ordni biex id-dipartimenti, l-entitajiet, l-iskejjel u l-uffiċċji kollha tal-Gvern b’mod immedjat jibdew jgħaddu x-xogħol kollu tal-istampar li jkollhom lill-Istamperija tal-Gvern.
Sorsi li tkellmu ma’ il-mument żvelaw li l-ħsieb wara dawn il-manuvri hu li issa x-xogħol mill-Istamperija tal-Gvern jibda jingħata b’direct orders lil stampaturi oħrajn… naturalment viċin terzi f’Kastilja… u wkoll viċin il-Partit Laburista… dejjem bl-iskuża li ċertu xogħlijiet ma jkunux se jitlestew fil-ħin.
il-mument għandu diġà f’idejh ismijiet ta’ stampaturi viċin terzi f’Kastilja u oħrajn tal-Partit Laburista li se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn il-movimenti.
Stamperija partikulari viċin il-Partit Laburista li tixtri l-karta u materjal ieħor mingħand il-Kasco Paper and Beyond, hi fost dawk li hi mmirata biex tmur tajjeb b’dawn il-manuvri. Persuni f’din l-istamperija partikulari diġà jokkupaw karigi importanti fi ħdan l-istrutturi taċ-Ċivil jew inkella jibbenefikaw minn direct orders fl-istallazzjonijiet b’rebħ ta’ ċerti kuntratti.
Aktar fil-gazzetta il-mument
//= $special ?>