Lokali

“Adrian Delia kellu raġun” – L-editorjal tat-Times of Malta

Adrian Delia kellu raġun dwar il-kwistjoni tal-inkjesta tal-maġistrat Aaron Bugeja dwar l-kumpanija Egrant.

Jisħaq dan l-editorjal ta’ The Times of Malta li jitratta l-konklużjonijiet tal-inkjesta li kienu ppublikati u li fihom intqal li ma nstabet l-ebda prova li kien hemm xi rabta tal-kumpanija Egrant mal-Prim Ministru jew xi ħadd mill-familja tiegħu.

L-editorjal isemmi wkoll il-fatt li lbieraħ ltaqa’ l-kunsill amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista u qabel u ta l-appoġġ lid-deċiżjonijiet tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

The Times of Malta tgħid li Simon Busuttil bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista kien prova jieħu vantaġġ politiku mill-allegazzjonijiet li kienu saru u li kien jittrattahom daqs li kieku kienu provi konkreti. Simon Busuttil assuma r-responsabilta’ tat-telfa elettorali u rreżenja minn mexxej tal-Partit Nazzjonalista, daqstant ieħor għandu jirreżenja issa mill-grupp parlamentari wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta, isostni l-editorjal.

L-editorjal jgħid li jekk Simon Busuttil jimxi ma dak li qallu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, ikun jista’ jkompli l-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni xorta waħda.