B’kollox inġabru €164,067 fil-maratona Oħloq Tbissima ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li ntemmet f’nofsillejl tal-Ħadd.
Hekk kif is-16-il edizzjoni tal-maratona ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia ringrazzja lil kull min kien parti minn din l-esperjenza. Dan hekk kif numru kbir ta’ nies se jkunu qed jingħataw id-dinjità li kull persuna jistħoqilha biex ikollhom sens ta’ tama u mħabba.
Matul din il-maratona attenda l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Aguis fejn fakkar li l-Maltin jgħixu f’pajji żgħir iżda b’qalb kbira li tinfirex ma’ diversi pajjiżi barranin.
Maratona Oħloq Tbissima ixxandret fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televijoni, fosthom Net Tv. Minn ħin għal ħin, kien hemm ikoll kollegamenti mal-istazzjonijiet lokali tar-radju.
//= $special ?>