Lokali

Jitħawlu iżjed minn 1,200 siġra indiġena fil-Ġonna tas-Solidarjeta’

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca żaret il-widien li fihom infetħu il-Ġonna tas-Solidarjetà. Din hi inizjattiva tal-Malta Community Chest Fund bil-kollaborazzjoni tal-PARKS u l-Ministeru għall-Ambjent. Fil-Ġonna tas-Solidarjeta’ tħawlu iżjed minn 1,200 siġra indiġena Maltija.

Is-siġar huma kollha personalizzati permezz ta’ plakka li hija abbinata ma’ dawk il-benefatturi li, fl-Istrina 2017 amlu offerta ta’ aktar minn €500. Dawn ivarjaw minn individwi, familji, għaqdiet u anke kumpaniji.

Dawn l-imsaġar tas-Solidarjeta’ huma maħsuba biex jagħtu ħajr lil benefatturi tal-Malta Community Chest Fund Foundation, iżda fuq kollox, biex jikkontribwixxu lejn is-saħħa tal-membri tal-komunatijiet tagħna għax tiżdied l-arja nadifa.

Il-Ġonna tas-Solidarjeta’ jinsabu ġewwa Wied Ħesri, fis-Siġġiewi, f’Wied il-Kbir, f’Wied is-Sewda u f’Wied iċ-Ċawsli, ġewwa Ħal Qormi.

Is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li l-Kunsill Lokali offra l-appoġġ tiegħu biex isir dan t-tħawwil ta’ 545 siġra f’Wied Ħesri fis-Siġġiewi. Is-Sindku qalet li din hija inizjattiva favur l-ambjent tas-Siggiewi u l-Kunsill Lokali qed joffri l-ghajnuna ghall-harsien ta’ dawn is-sigar. 

Is-Sindku qalet li l-Kunsill Lokali jorganizza diversi attivitajiet matul is-sena ma’ entitajiet filantropiċi. Minbarra attivitajiet b-risq il-Malta Community Chest Fund, bħalissa jkun għaddej bi preparamenti għall-Festa Għeneb li se ssir fis-26 t’Awwissu b risq id-Dar tal-Providenza.