Il-President ta’ Bayern Munich Uli Hoeness ikkritika bl-aħrax lil Mesut Özil wara d-deċiżjoni tiegħu li jirtira mit-tim nazzjonali Ġermaniż, fejn qal li ilu jilgħab ħażin għal snin. Il-midfielder ta’ Arsenal ħabbar il-Ħadd li mhux se jilgħab aktar mal-Ġermanja wara li akkuża lill-uffiċjali tal-Federazzjoni Ġermaniża b’razziżmu.
Özil li twieled il-Ġermanja iżda għandu familjari Torok, kien fil-mira ta’ kritika fil-Ġermanja wara li ppoża għal ritratt mal-President Tork Recep Erdogan qabel it-Tazza tad-Dinja. Sussegwentament il-Ġermanja kienet eliminata mit-tournament fil-fażi tal-gruppi b’ Özil ikun mas-sostituti fit-tieni logħba. Issa kien imiss lil Hoeness li jattakka l-plejer ta’ 29 sena.
L-eks internazzjonali Ġermaniż qal “li kuntent li rtira għaliex ilu jilgħab ħażin għal snin. L-aħħar daħla li rebaħ kienet qabel it-Tazza tad-Dinja tal-2014. Issa jistaħba mill-prestazzjonijiet tiegħu wara dan ir-ritratt.”
Hoeness żied li l-35 miljun li jsegwuh fuq il-media soċjali, fejn saħaq li ma jeżistux fid-dinja reali, jaħsbu li lagħab tajjeb jekk jilgħab kross lil xi ħadd.
Hu żvela li Bayern Munich ifittxu lilu meta jilagħbu kontrih, tant li kien biss fit-tim darbtejn fi 17-il logħba kontra l-ġganti Ġermaniżi. “Meta nilagħbu kontra Arsenal, nilagħbu minn fuq
//= $special ?>