Parma evitaw li jkunu relegati għas-Serie B iżda se jibdew il-kampjonat tas-Serie A b’ħames punti mnaqqsa. Huma kienu sospiżi €20,000 filwaqt li l-attakkant Emanuele Calaio ġie sospiż sentejn minħabba każ dwar irranġar ta’ logħba.
Il-Qorti Federali Nazzjonali tal-Italja imponiet is-sanzjonijiet wara li Calaio bagħat messaġġi suspettużi lil uħud mill-plejers sħabu qabel ma’ Spezia lagħbu kontra Parma fit-18 ta’ Mejju. Parma rebħu l-logħba 2-0 biex assiguraw il-promozzjoni għall-ogħla diviżjoni Taljana.
Calacio li ħalla lil Spezia biex ingħaqad ma’ Parma fl-2016, għamel kuntatt mal-plejers ta’ Spezia Filippo de Col u Claudio Terzi qabel il-logħba permezz ta’ messaġġi fuq WhatsApp. Il-prosekuturi bdew l-investigazzjoni f’Ġunju u Parma ċaħdu li għamlu xi ħaġa ħażina, fejn qalu li l-messaġġi ma kellhom xi tip ta’ irregolarità jew malizja.
Iżda Calaio kien akkużat bit-tbagħbis ta’ logħob meta l-FIGC għaddiet il-każ lil Qormi Federali Nazzjonali u l-messaġġi dehru li ħallew influwenza fuq il-logħba wara nuqqas ta’ impenn minn De Col u Terzi.
Parma kienu relegati għas-Serie D wara li l-klabb falla fl-2015, iżda se jirritornaw fis-Serie A wara tliet promozzjonijiet konsekuttivi. Ir-rebħa kontra Spezia assigurat it-tieni post fis-Serie B hekk kif ir-rivali Frosinone setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Foggia.
//= $special ?>