Sport Sport Ieħor

Ryan Lochte sospiż 14-il xahar

It-tnax-il darba rebbieħ ta’ midalja fl-Olimpjadi Ryan Lochte qal li diżappuntat bil-kbir wara li rċieva sospensjoni ta’ 14-il xahar minħabba ksur ta’ doping. L-għawwiem ta’ 33 sena kien sanzjonat mill-Aġenzija Amerikana kontra d-Doping (Usada).

Filwaqt li Lochte ma kienx qed juża sostanza illeċita, l-atleti ma jistgħux jirċievu terapiji fil-vini sakemm jekk ma għandix x’taqsam ma’ sptar. Lochte tefa’ ritratt tiegħu nnifsu fuq il-media soċjali jirċievi terapija fil-vina li wassal għal investigazzjoni.

“Regola hi regola u naċċetta li hemm ksur tekniku. Ma kontx qed nieħu xi ħaġa pprojbita jew sospiża. Jien qed nittama li atleti oħra jitgħallmu mill-iżbalji.” Lochte li hu t-tieni l-aktar għawwiem Amerikan ta’ suċċess wara Michael Phelps.

Fl-2016 kien sospiż mill-isport għal 10 xhur wara li nstab li kien gideb meta qal li kien misruq fl-Olimpjadi ta’ Rio. Is-sitt darbiet champion Olimpiku kien qal li hu u tlieta minn sħabu nsterqu fejn pompa tal-petrol. Iżda wara filmati li raw il-pulizija, instab li kien il-grupp li vvandalizza l-pompa tal-petrol. Din l-aħħar sospensjoni għandha sa Lulju tal-2019 u tressqet fl-24 ta’ Mejju.

Lochte li kien qed jitħarreġ bit-tama li jagħmilha mat-tim Amerikan għall-Olimpjadi fl-2020, kien mistenni jgħum din il-ġimgħa fil-Kampjonat Nazzjonali f’California.

Tags