F’dawn l-aħħar 218-il sena kienu rraportati 11-il każ ta’ omiċidji f’każijiet li l-ulied qatlu lil ġenituri tagħhom f’Malta u Għawdex.
B’kollox, każijiet simili hemm 11 mill-1800 sal-ġurnata ta’ llum. Seba’ minn dawn il-każi, l-akkużati nstabu ħatja tar-reat, filwaqt li tnejn oħra ħarġu libreati u tnejn għad m’hemmx deċiżjoni tal-qorti dwarhom.
Każ li seħħ fl-2002, kien hemm akkużi kontra Rafel Axiaq li kien hu li qatel lill-missieru, filwaqt li fl-2005 inqatgħet is-sentenza tal-Qorti favurih minħabba li kien ingħad kif kien qed jaġixxi biex jiddefendi lilu nnifsu.
Minn naħa l-oħra, kawża oħra fil-Qorti f’każ ieħor li seħħ fl-2008 għadha ma nqatatx, hekk kif it-tifla tal-vittma, li dak iż-żmien kellha 15-il sena, tinsab akkużata bil-qtil ta’ ommha.
L-iktar każ riċenti, dak tat-Tnejn 23 ta’ Lulju, Kevin Micallef ta’ 42 sena, irraporta hu stess dak li wettaq lill-pulizija li filwaqt li kien f’argument ma’ ommu u zitu, agredihom permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta, bit-tnejn li huma jmutu fl-istess jum… sa issa għadu ma tressaqx il-qorti.
Minn dawn il-11-il omiċidji, sitta mill-vittmi kienu missirijiet filwaqt li l-ħamsa l-oħra kienu ommijiet, b’uħud mill-każijiet kienu volontarji u oħrajn saru b’mod involontarju.
Hemm każijiet li saru b’mod aċċidentali fosthom hemm dak li seħħ fl-1928 ġewwa Raħal Ġdid, meta Andrea Caruana ta’ 27 sena qatel l’ommu b’revolver wara li laqat il-grillu.
L-iżgħar akkużat li nstab ħati ta’ qtil ta’ ġenitur tiegħu huwa Toni Borg ta’ 17-il sena li flimkien ma’ ħuh qatel lil missieru Ġużeppi fl-1865.
Meta kumparat mat-tipi ta’ omiċidji oħra, dawn it-tip ta’ omiċidji huma rari.
//= $special ?>