Ġuvni ta’ 17-il sena ġie arrestat f’Għawdex wara li kien involut f’attentat ta’ serqa fuq sid ta’ ħanut fix-Xagħra. Dan l-attentat fuq ir-raġel, li hu Ingliż, seħħ kmieni dalgħodu ftit qabel it-3am fi Pjazza Vittorja.
Jirriżulta li f’dak il-ħin l-Ingliż ta’ 47 sena kien fil-karozza wara li kien għadu kif għalaq il-ħanut tiegħu. Hawn avviċinawh żewġ persuni b’wiċċhom mgħotti. Wieħed minnhom kellu wkoll pistola finta.
Skont l-informazzjoni li ingħatat mill-Pulizija, kien l-Ingliż stess illi b’kuraġġ kbir iddefenda ruħu u ħataf lil wieħed mill-ħallelin, sakemm issejħet l-assistenza tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa tar-Rabat għadhom għaddejin.
Jidher li l-Ingliż ġarrab xi feriti ħfief.
L-aggressur li ġie miżmum minnu għandu 17-il sena.
//= $special ?>