Il-whistleblower Maria Efimova u l-eks uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris ħarġu qatta’ bla ħabel jattakkaw lil xulxin wara li kienu żvelati l-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar Egrant.
F’kummenti lis-sit LovinMalta, Ferris qal li hu mhux se jikkummenta fuq ir-rapport dwar Egrant. Iżda saħaq li r-Russa kienet l-istess persuna li ivvintat affarijiet fuqu mill-A sas-Z.
“Jien irrabjat aktar minn kulħadd li hi għadha ma ġietx estradita lejn Malta. Jien għandi każ pendenti kontriha”, qal Ferris. Fil-fatt, bħalissa Efimova għadha qed tgħix fil-Greċja wara żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti fil-Greċja.
Ferris insista illi ma jafx jekk hi kinitx qed tgħid il-verita’ jew le dwar Egrant, iżda minn naħa tiegħu jibqa’ xettiku.
Maria Efimova malajr wieġbet lil Ferris u qaltlu li imissu jistħi jitkellem hekk. “Sirt tapit tal-imbroljuni”, qalet il-whistleblower Russa fuq Twitter.
//= $special ?>