Numru mhux ikkonfermat ta’ nies tilfu ħajjithom, b’mijiet oħra jkunu rappurtati nieqsa, wara li kkrollat diga li kienet qed tinbena fl-inħawi lejn ix-xlokk tal-Laos. Il-kroll tad-diga idroelettrika fil-provinċja ta’ Attapeu ikkaġuna għargħar kbir u għall-għarrieda li kaxkar talanqas sitt villaġġi, meta ċ-ċifra tal-mejtin mistennija titla ‘bis-sigħat’.
Talanqas 6,000 persuna spiċċaw mingħajr djar u meta ma waqfux il-movimenti tad-dgħajjes fost l-isforzi biex in-nies isalvaw minn sitwazzjonijiet diffiċli. Intant, numru kbir ta’ residenti tal-villaġġi spiċċaw iżolati fuq il-bjut tad-djar mgħarrqin huma u jistennew l-għajnuna.
Il-kostruzzjoni tad-diga ta’ Xe-Pian Xe Namnoy kienet bdiet fl-2013 u kien mistenni li d-diga tibda l-operat kummerċjali s-sena d-dieħla. Il-kroll tad-diga seta kien dovut, l-aktar, għall-maltempati bix-xita kontinwi fl-inħawi ‘u mill-volum kbir tal-ilma’ f’ċerti sezzjonijiet.
Intant, il-kumpannija li mexxiet il-proġett tad-diga u aġenziji oħra kienu qed jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ fejda, fost l-evakwazzjonijiet tar-residenti miz-zoni madwar id-diga.
Il-gruppi ambjentali, qabel, kienu esprimew tħassib dwar il-programm idroelettriku ta’ Laos u l-impatt potenzjali tiegħu għall-komunitajiet u l-eko-sistemi fil-viċinanzi tad-diga inkwistjoni u digi oħrajn.
//= $special ?>

