B’kollox il-maġistrat Aaron Bugeja sema’ 477 testimonjanza ta’ persuni involuti direttament jew indirettament. Huwa talab għal evidenza minn 5 pajjiżi
Fil-konklużjonijiet tal-inkjesta l-maġistrat jagħmel 40 punt. Il-maġistrat jghid li “l-evidenza diretta u expertise teknika stabbiliet diversi punti li jikkontrastaw mal-allegazzjonijiet magħmula minn Daphne Caruana Galizia, b’mod partikolari dawk id-dettalji li kienu jistrieħu fuq l-istorja mistqarra lilha minn Maria Efimova”.
Il-maġistrat Bugeja jghid li “ma nstabu ebda dokumenti, la fis-safe jew filing cabinet li kien fil-kċina u l-anqas band’oħra, konsistenti f’declarations of trust li kienu juru li l-ishma f’egrant inc. kienu miżmuma minn nominees ta’ Mossack Fonseca f’isem ta’ jew għall-interess ta’ michelle muscat
“Id-declarations of trust ġew analizzati minn forensic document analysts keyforensic services limited tar-renju unit għal darbtejn u nstab li l-firem ta’ Jacqueline Alexander indikati fuqhom meta mqabblin mal-firem ġenwini ta’ jaqueline alexander ma kinux jaqblu”.
Jghid li “ma rriżultax li ġew depożitati minn Brian Tonna fil-bank pilatus xi declarations of trust għall-kumpanija Egrant inc.
Ma rriżultax li Egrant inc. kellha kont bankarju miftuħ, magħluq jew pendenti mal-bank pilatus
Ma nstabx li fil-bank pilatus jew tramite s-servizzi tal-bank kien hemm tranżazzjonijiet bankarji li kienu jinvolvu lil Egrant inc. bħala benefiċjarju ta’ ħlasijiet minn Sahra FZCO jew minn persuni oħra, inkluż mill-Ażerbajġan
Ma rriżultax li Joseph Muscat jew Michelle Muscat jew membri tal-familja tagħhom kienu klijenti tal-bank Pilatus jew li kellhom xi kont bankarju personali mal-bank Pilatus.
Il-maġistrat Bugeja jgħid fil-konklużjoni tieghu li “l-allegazzjoni li dakinhar filgħaxija Ali Sadr klandestinament ħareġ kwantità kbira ta’ dokumenti li kellhom x’jaqsmu mal-allegazzjonijiet li kienet qiegħda tippubblika Daphne Caruana Galizia ma rriżultatx pruvata.
Dwar allegazzjoni li kien hemm titjira fil-21 ta’ April 2017 minn Malta lejn l-Ażerbajġan, l-inkjesta sabet li verament kien hemm din it-titjira u li kienet saret it-talba qabel ħarġet l-istorja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fl-inkjetsa jingħad li ma ġiex pruvat sal-grad mitlub mil-liġi li fit-titjira bejn Malta u Baku fl-Ażerbajġan kien hemm xi dokumenti li kienu marbuta mal-meritu ta’ din l-inkjesta li ttieħdu minn Malta lejn l-Ażerbajġan u/jew mill-Ażerbajġan lejn Dubaj.
Ma nstabet ebda riferenza għal Egrant Inc fis-sistemi bankarji tal-bank pilatus.
Jirriżulta li ma saru l-ebda trasferimenti jew ħlasijiet ta’ flejjes lil Egrant Inc. la fil-bank Pilatus u l-anqas f’xi kont f’Dubaj kif imsemmi fl-artiklu ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-forensic accountants jaqblu li ma nstabet ebda transazzjoni ta’ ħlas ta’ $1,017,000 mill-kont ta’ Sahra FZCO lil Egrant inc jew xi transazzjoni oħra bejn dawn iż-żewġ kumpaniji.
L-anqas ma nstabu tranżazzjonijiet deskritti bħala loan payments ta’ madwar €100,000 kull wieħed magħmula darbtejn fil-ġimgħa maqsuma fuq diversi ġimgħat bejn Jannar u Marzu 2016.
“L-inkjesta sabet diffikultà kbira biex, fl-aktar aspetti importanti tirrikonċilja l-verżjonijiet mogħtija.
Il-maġistrat Bugeja jgħid li hemm 32 punt li Maria Efimova u Daphne Caruana Galizia ma bdewx jaqblu fuqhom kemm bejniethom kif ukoll separatament mal-kumplament tal-evidenza miġbura
Skont il-maġistrat Aaron Bugeja dawn kienu punti importanti u kruċjali għall-inkjesta li rriżultaw jew inkompatibbli ma’ xulxin jew kompletament meruti mill-provi miġbura.
L-allegazzjonijiet dwar Egrant inc. ma nstabux li huma msejsa fuq il-provi, la tax-xiehda u lanqas dawk dokumentarji.
Dawn il-punti huma kelma b’kelma mill-konklużjoni tal-maġistart Aaron Bugeja. Il-konkluzjoni kollha li tammonta ghal 50 paġna tinstab hawnhekk.
//= $special ?>