Raġel ta’ 38 sena mill-Ghana, Kamaldin Yakubu, ġie arrestat f’Comiso, Sqallija, ftit qabel kien se jaqbad titjira tal-Air Malta (KM 0659) lejn pajjiżna.
Ir-raġel qajjem suspett hekk kif il-permess ta’ residenza tiegħu kellu diversi differenzi mid-dokument oriġinali. Hawn qam suspett u saru investigazzjonijiet iktar dettaljati li sabu kif id-dokument li ppreżenta kien falz.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-ħabs ta’ Ragusa.
//= $special ?>