Nirien li ħakmu diversi zoni rurali ‘l barra mill-kapitali Griega Ateni qed iħallu devastazzjoni sħiħa fil-pajjiż, li bħalissa jinsab fi stat ta’ emerġenza. Dawn in-nirien diġa’ ħasdu l-ħajja ta’ 60 persuna filwaqt li 556 oħra sfaw feruti, fosthom diversi tfal.
L-aktar post milqut hu Mati, fil-Lvant ta’ Ateni – lokalita’ qrib il-baħar, frekwentata wkoll minn diversi turisti.
L-awtoritajiet qed jitolbu assistenza internazzjonali sabiex tkun ikkontrollata din il-kriżi.
Fl-aħħar sigħat ir-Red Cross ħabbru li sabu il-katavri ta’ 26 persuna li inqabdu f’villa. Bħalissa għaddejja ukoll tfittxija għal 10 turisti li ħarbu b’dgħajsa sabiex jevitaw il-qilla tan-nirien.
//= $special ?>