“Jekk Joseph Muscat ħass li l-akkuża li hu kellu kumpanija sigrieta’ fil-Panama hi ħażina – għaldaqstant il-fatt ċar li Konrad Mizzi u Keith Schembri fetħu dawn il-kumpaniji fil-Panama, ikun ħaqqhom ħafna aktar milli ċ-ċanfira” – dikjarazzjoni ċara mill-editorjal ta’ The Malta Independent li turi l-kuntradizzjoni fl-azzjonijiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-editorjal jistqarr kif jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat juża l-istess riga li uża fuqu, għall-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, kieku kien jieħu azzjoni aktar soda u jiddisassoċja ruħu minnhom.
L-artiklu ta’ The Malta Independent ikompli li hemm diċerija li Joseph Muscat issa jista’ jkollu ċ-ċans għall-kariga fl-Unjoni Ewropea – madanakollu wieħed irid jiftakar li din l-inkjesta ma teżentax lill-Prim Ministru minn nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri. Din l-istess inazzjoni ma tneħħix id-dubji fuq ix-xenarju tal-ħasil ta’ flus u t-tebgħa fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ pajjiżna.
//= $special ?>